ÌÒÉ«ÊÓƵ

Ħaddiema Qarrieqa Li Jduru Minn Post Għall-Ieħor

Skip listen and sharing tools

Ħaddiema qarrieqa li jduru minn post għall-ieħor huma rġiel li jippretenduha tas-sengħa li jħabbtu fuq il-bibien tad-djar u tan-negozji żgħar, u joffru li jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni.

Jidhru aktar sikwit waqt li t-temp jisħon u wara diżastri naturali, bħal m'huma għargħar, nirien u maltempati, meta nies vulnerabbli jkunu qegħdin inaddfu jew jirranġaw il-propjetajiet tagħhom.

Ħaddiema qarrieqa li jduru minn post għall-ieħor joffru li jagħmlu xogħol bħal jirranġaw il-wiċċ tad-driveway, xogħol ta' żebgħa, tiswija tal-oqsfa u tindif tat-tapit tad-dar b'rati rħas. Ħafna drabi, jagħmlu pressjoni fuq in-nies u joffru prezzijiet speċjali 'today only' (għal-lum biss).

Għaliex għandek tevitahom?

Ħaddiema qarrieqa li jduru minn post għall-ieħor jitolbu għal flus kontanti qabel jibdew ix-xogħol u ħafna drabi josfru hekk kif tħallashom.

Jekk jagħmlu xi xogħol, ħafna drabi ma jkunx komplut jew ta' kwalità fqira.

Imorru minn post għall-ieħor malajr u ħafna drabi jagħtuk biss l-ewwel isem tagħhom u numru tal-mowbajl – għalhekk biex tikkuntattjahom wara jkun diffiÄ‹li.

Min x'hiex għandek toqgħod attent/a?

Kun suspettuż/a min-nies li:

  • jħabbtu l-bieb tiegħek bla mistenni u joffru li:
    • jiżbgħulek id-dar
    • jagħmlu xogħol fil-Ä¡nien tiegħek jew jaqtgħu s-siÄ¡ar
    • jirranÄ¡aw il-wiÄ‹Ä‹ tad-driveways
    • jirranÄ¡awlek is-saqaf
  • joffru ftehim ta' xogħol irħis billi jużaw kliem bħal 'for today only' (għal-lum biss)
  • jitolbu għal flus kontanti bil-quddiem
  • joffru li jsuquk sal-bank biex iÄ¡Ä¡ib il-flus biex tħallas għax-xogħol
  • jagħmlu pressjoni fuqek biex taÄ‹Ä‹etta l-offerta tagħhom
  • jgħidu li jistgħu jagħmlu x-xogħol issa billi xogħol ieħor fil-viÄ‹in kien ikkanÄ‹ellat.

IpproteÄ¡i lilek innifsek – pariri biex tikkumbatti ħaddiema qarrieqa li jduru minn post għall-ieħor

Jekk tissuspetta li ħaddiema qarrieqa li jduru minn post għall-ieħor qegħdin iħabbtu l-bieb tiftaħx.

Jekk tkellimhom, għidilhom biex jitilqu. Jekk jirrifjutaw li jitilqu jkunu qegħdin jiksru l-liġi.

Irreżisti l-offerta għal ftehim ta' xogħol bl-irħis. Jista' jiswielek aktar 'il quddiem.

Jekk tkun trid tagħmel xogħol fid-dar tiegħek:

  • fittex u qabbel il-prezzijiet għall-prezz li jaqbel għalik
  • uża nies tas-sengħa stabbiliti li jipprovdu kwoti bil-miktub
  • itlob għad-dettalji ta' kuntatt ta' klijenti li kellhom qabel, biex tkun tista' tiÄ‹Ä‹ekkja r-referenzi
  • tiffirma l-ebda ftehim qabel tkun lest/a
  • itlob għall-isem sħiħ tal-ħaddiem tas-sengħa u d-dettalji tar-reÄ¡istrazzjoni jew tal-liÄ‹enzja (jekk dan japplika) biex tkun tista' tiÄ‹Ä‹ekkja dawn mal-awtorità tal-industrija tagħhom
  • Itlob għan-numru tan-negozju, biex tkun tista' Ä‹Ä‹empel biex tikkonferma jekk il-ħaddiem tas-sengħa jaħdimx għalihom

B'mod partikulari wara diżastri, oqgħod attent/a għal kull min joffrilek ftehim ta' xogħol 'today only' (għal-lum biss) biex isir xogħol ta' tiswija bi ħlas ta' flus kontanti. Għal parir f'diżastru, ara l-paġna tagħna bl-Ingliż Advice in a disaster.

Kif tieħu azzjoni kontra ħaddiema qarrieqa li jduru minn post għall-ieħor

Biex tgħinna nwissu lill-komunità tiegħek dwar dawn in-nies brikkuni, jekk jogħġbok ippostja links għal din il-paÄ¡na fuq il-midja soÄ‹jali u Malti fil-forums b'lingwi differenti. Jekk taf b' ħaddiema qarrieqa li jduru minn post għall-ieħor fejn toqgħod int:

  • żomm kemm tista' rekord tal-informazzjoni, bħall-isem tagħhom u r-reÄ¡istrazzjoni tal-vettura
  • irrappurtahom lill-pulizija fil-lokal tiegħek