L-informazzjoni li ġejja ser tgħinek tieħu d-deċiżjoni t-tajba meta tixtri karozza.
Qabel ma tixtri karozza
1. Agħmel ir-riċerka tiegħek
- Qabbel prezzijiet reklamati fil-gazzetti u fuq l-internet. Żur postijiet differenti fejn jbiegħu l-karozzi.
- Int tista’ tinnegozja fuq il-prezz, speÄ‹jalment jekk tkun ser tixtri karozza qadima.
- Rivisti u websajts dwar karozzi jistgħu jipprovdu tagħrif dwar kif taħdem il-karozza, l-ispejjeż tal-fujel, karatteristiÄ‹i tas-sigurtà u dettalji oħra.
- Ikseb tagħrif dwar spejjeż kontinwi tal-manutenzjoni ta’ karozzi differenti. Pereżempju, karozzi importati jistgħu jiswew aktar biex tagħtihom service jew għal tiswija.
- Ir-riżorsi li ġejjin jistgħu jipprovdu tagħrif tajjeb:
- - tikklassifika s-sigurtà tat-tipi differenti ta’ karozzi
- – dettalji dwar l-ekonomija fl-użu tal-karburant għal tipi differenti ta’ karozzi
- – tagħrif dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-karozza.
- – dettalji dwar il-liÄ‹enzji tal-karozza, Ä‹ertifikati dwar jekk il-karozza hijiex tajba għat-triq u kontrolli tar-reÄ¡istru tas-sigurtà
2. Fittex l-aħjar offerta tal-finanzi u tal-inxurjans
- Il-biÄ‹Ä‹a l-kbira ta’ dawk li għandhom il-liÄ‹enzja biex ibiegħu l-karozzi joffru l-finanzi. Imma, din tista’ ma tkunx l-irħas jew l-aħjar għażla għalik.
- Iċċekkja wkoll ir-rati u l-miżati tal-banek, credit unions, u istituzzjonijiet oħra finanzjarji li jipprovdu self.
- Tiffirmax kuntratt biex tixtri karozza qabel ma jkollok l-approvazzjoni tas-self.
- Għalkemm mhuwiex obbligatorju, hi ideja tajba takkwista l-inxurjans jekk tixtri karozza. L-inxurjans tħarsek kontra spejjeż jekk tkun involut f’aÄ‹Ä‹ident, jew jekk il-vettura tiegħek tinsteraq, jkollha xi dannu jew tkun vandalizzata.
- Int tista’ takkwista l-inxurjans minn kull provveditur li trid int. Ara li tinkludi l-ispiża tal-inxurjans fil-baÄ¡it tiegħek.
- L-ispejjeż tal-inxurjans ser ikunu differenti għal tipi differenti ta’ karozzi u l-klassifikazzjoni tiegħek tas-sewwieq. Int tista’ tħallas aktar jekk int jew xi ħaddieħor taħt l-età ta’ 25 ser isuq il-karozza.
3. Agħżel l-aħjar mod kif tixtri karozza
- Ä eneralment, il-biÄ‹Ä‹a l-kbira ta’ karozzi Ä¡odda jinxtraw mingħand negozjant liÄ‹enzjat tal-karozzi.
- Imma, int tista’ tixtri wkoll karozza qadima minn bejjiegħ privat jew minn dar tal-irkant. Ara li tagħżel l-għażla li l-aktar tgħodd għalik.
- Xi kultant jista’ jkun irħas jekk tixtri karozza minn bejjiegħ privat jew minn irkant, imma hu aktar riskjuż, għax ma tingħatax l-istess numru ta’ drittijiet legali bħal meta tixtri mingħand negozjant liÄ‹enzjat tal-karozzi. Int għandek mnejn ma tkunx tista’ tispezzjona l-karozza qabel ma tixtriha.
- Int tirÄ‹ievi aktar drittijiet legali jekk tixtri mingħand negozjant liÄ‹enzjat tal-karozzi. Pereżempju, int tingħata tlett ijiem żmien meta jista’ jerÄ¡a’ jibdilek wara li tkun iffirmajt il-kuntratt tal-karozza.
- Int tista’ wkoll tingħata garanzija meta tixtri mingħand negozjant liÄ‹enzjat tal-karozzi. Garanzija tfisser li mhux ser ikollok tħallas jekk il-karozza tiżviluppa xi difetti wara li tixtriha.
- Kemm negozjanti liÄ‹enzjati u bejjiegħa privati jbigħu karozzi permezz tal-internet. Oqgħod b’seba’ għajnejn jekk biħsiebek tixtri karozza li ma tkunx rajt int stess.
- Ara li l-kondizzjoni mekkanika tal-karozza tkun iÄ‹Ä‹ekkjata b’mod indipendenti minn xi ħadd li int torbot fuqu qabel ma tixtriha.
- Oqgħod attent meta tara xi riklam fuq l-internet li jkun qed jirreklema karozza għall-bejgħ għall-prezz ferm inqas minn dak li tkun qed tistenna. Jista’ jkun li qed jippruvaw jidħqu bik biex int tħallas depożitu bil-quddiem biex iżommulek il-karozza meta fil-fatt il-karozza ma tkunx teżisti.
Meta tixtri karozza
1. Iffirmar tal-kuntratt
- M’għandekx tħossok ippressat biex tiffirma l-kuntratt. Ħu l-ħin tiegħek biex tifhem il-kuntratt. Jekk ma tifhmux, urih lil xi ħadd li jifhmu.
- Ippruva tiffirmax il-kuntratt fl-ewwel okkażjoni li tara l-karozza. Ħu l-ħin tiegħek biex tara jekk il-karozza tgħoddx għalik ‘il bogħod mill-post tal-bejgħ.
- Jekk hemm xi affarijiet fil-kuntratt li ma taqbilx magħhom, iddiskutihom mal-bejjiegħ. Tista’ tibdel il-kundizzjonijet tal-kuntratt.
2. JerÄ¡a’ jibdilek
- Ftakar, jekk int tiffirma l-kuntratt biex tixtri karozza mingħand negozjant liÄ‹enzjat tal-karozzi, int għandek perjodu magħruf bħala ‘cooling off’ bl-Ingliż ta’ tlett ijiem ordinarji tax-xogħol. Dan ifisser li għandek tlett ijiem ordinarji tax-xogħol fejn jista’ jerÄ¡a’ jibdilek dwa ix-xiri tal-karozza.
- Jekk jerÄ¡a’ jibdilek fi żmien it-tlett ijiem, in-negozjant jista’ jżomm:
- $400 jew tnejn fil-mija tal-prezz tal-bejgħ, skont liema jkun ogħla (għal karozzi ġodda), jew
- $100 jew wieħed fil-mija tal-prezz tal-bejgħ, skont liema jkun ogħla (għal karozzi qodma)
3. Garanziji
- Ftakar, meta tixtri karozza mingħand negozjant liÄ‹enzjat, int tingħata garanzija. Il-garanzija ser tħarsek mill-ħlas biex issewwi difetti li jistgħu jiżviluppaw fil-futur fil-karozza tiegħek. Il-perjodi tal-garanzija jistgħu jvarjaw għal karozzi Ä¡odda. Ma hemm l-ebda garanzija fil-każ ta’ bejgħ privat jew bl-irkant.
- Meta tixtri karozza qadima mingħand negozjant liċenzjat, huma jridu jagħtuk garanzija jekk il-karozza:
- għandha inqas minn 10 snin, u
- ivvjaġġat inqas minn 160,000 kilometru.
- Garanzija statutarja ta’ karozza qadima ddum għal tlett xhur jew 5000 kilometru, skont liema waħda tiÄ¡i l-ewwel. In-negozjant irid isewwi kwalunkwe difett kopert matul il-perjodu tal-garanzija biex jiżgura li l-karozza tinsab f’kondizzjoni raÄ¡jonevoli għall-età tagħha.
- Anki meta l-garanzija statutarja tiskadi, int xorta waħda għandek drittijiet skont il-LiÄ¡i Awtraljana tal-Konsumatur jekk ikun hemm problema fil-karozza tiegħek. Imma, il-livell tal-protezzjoni ser jiddependi fuq ħwejjeÄ¡ bħal l-età u l-kundizzjoni tal-karozza.
- In-negozjanti jistgħu joffru garanzija estiża. Dawn il-garanziji jestendu l-perjodu ta’ kopertura pprovdut fil-garanzija oriÄ¡inali tal-manifattur, normalment għall-ħlas ekstra. Int ma tistax tkun obbligat tieħu garanzija estiża.
4. Kun af kemm verament qed tħallas
Meta tixtri karozza minn post liÄ‹enzjat tal-karozzi, ara li tkun taf kemm hu l-prezz ‘totali’. Il-prezz totali jinkludi spejjeż ekstra bħal ngħidu aħna ħlas tal-bolla u r-reÄ¡istrazzjoni.
Wara li tixtri karozza
1. Serviss tal-karozza tiegħek
- Ara li tagħti serviss regolari lil karozza tiegħek. Dan ser jgħin biex iżżomm il-kondizzjoni u l-valur tagħha.
2. Tiswijiet tal-karozza
- Meta tagħżel mekanik, ara jekk humiex membri ta’ assoÄ‹jazzjonijiet bħal u l-ÌÒÉ«ÊÓƵn Automobile Chamber of Commerce (VACC), li membri tagħhhom iridu jkunu konformi ma’ kodiÄ‹i ta’ imÄ¡ieba.
- Meta tieħu karozza għal servis, spjega b’mod Ä‹ar lill-mekanik ix-xogħol li hemm bżonn isir.
- Ikseb stima tal-ispiża bil-quddiem, preferibbilment bil-miktub
- Xi kultant il-mekanik jista’ jsib difetti oħra fil-karozza. Ara li l-mekanik l-ewwel iÄ‹empillek qabel ma jibda jagħmel xogħol ekstra fil-karozza li int ma tkunx awtoriżżajt. Ara li kwalunkwe stima tkun bil-miktub qabel ma taqbel ma’ dawk it-tiswijiet.
- Jekk int u l-mekanik ma tkunux tistgħu taqblu dwar l-ispiża tat-tiswija tal-karozza tiegħek, Consumer Affairs ÌÒÉ«ÊÓƵ tista’ tgħin biex issolvu l-problema. Għad-dettalji, ara l-paÄ¡na Riżoluzzjoni ta’ nuqqas ta’ qbil.
Karozzi tal-Kiri
- Jekk tikri karozza, il-kumpanija tal-kiri trid tkun żgura li hi ta’ kwalità adegwata.
- Ara li taqra u tifhem il-ftehim tal-kiri tal-karozza qabel ma tiffirmah. Jekk ma tifhmux, urih li xi ħadd li jifhmu.
- Ara li tkun taf min ser ikun responsabbli jekk il-karozza jġarrab xi ħsara. Pereżempju, sa liema punt il-kopertura tal-inxurjans tkopri l-ispejjeż?